30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Beste Oma)
(Kawża T-421/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - pplikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Beste Oma - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 369/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: sheepworld AG (Ursensollen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. von Rüden, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO 13 ta’ Mejju 2016 (Każ R 91/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Beste Oma bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sheepworld AG kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 343, 19.9.2016.