8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2017 – Hoffmann vs EUIPO (Genius)
(Kawża T-425/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Genius - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 144/54)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Karl Hoffmann (Bad Schwalbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Jonas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Mejju 2016 (Każ R 1631/2015-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Genius bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Karl Hoffmann huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 343, 19.9.2016