Kawża T-426/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Perfumes y Aromas Artesanales vs EUIPO – Aromas Selective (Aa AROMAS artesanales) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Aa AROMAS artesanales — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Aromas PERFUMARIA Beleza em todos os sentidos — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Identiċità jew xebh tas-servizzi — Xebh bejn is-sinjali — Pubbliku rilevanti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]
C2002018MT3410120180425MT0042341341
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Perfumes y Aromas Artesanales vs EUIPO – Aromas Selective (Aa AROMAS artesanales)
(Kawża T-426/16) ( 1 )
“[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Aa AROMAS artesanales — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Aromas PERFUMARIA Beleza em todos os sentidos — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Identiċità jew xebh tas-servizzi — Xebh bejn is-sinjali — Pubbliku rilevanti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]”2018/C 200/42Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Perfumes y Aromas Artesanales, SL (Arganda del Rey, Spanja) (rappreżentant: J. Botella Reyna, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Zaera Cuadrado u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aromas Selective, SL (Dos Hermanas, Spanja) (rappreżentanti: I. Temiño Ceniceros u J. Oria Sousa-Montes, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Mejju 2016 (Każ R 766/2015-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aromas Selective u Perfumes y Aromas Artesanales.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Perfumes y Aromas Artesanales, SL, hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Aromas Selective, SL, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn din tal-aħħar quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
( 1 ) ĠU C 364, 3.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy