8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2017 – Intercontinental Exchange Holdings vs EUIPO (BRENT INDEX)
(Kawża T-430/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Talba għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali BRENT INDEX - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 144/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Intercontinental Exchange Holdings Inc. (Atlanta, Géorgie, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Heusler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-2 ta’ Ġunju 2016 (Kawża R 8/2016-4), dwar talba għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BRENT INDEX bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Intercontinental Exchange Holdings, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 371, 10.10.2016.