27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2017 – Sensi Vigne & Vini vs EUIPO – El Grifo (CONTADO DEL GRIFO)
(Kawża T-434/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CONTADO DEL GRIFO - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva u preċedenti EL GRIFO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”])
(2017/C 402/38)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Sensi Vigne & Vini Srl (Lamporecchio, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment F. Caricato, sussegwentement M. Cartella u B. Cartella, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: El Grifo, SA (San Bartolomé de Lanzarote, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-25 ta’ Mejju 2016 (Każ R 2218/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Grifo u Sensi Vigne & Vini.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sensi Vigne & Vini Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 350, 26.9.2016.