23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2018 – Altunis vs EUIPO – Hotel Cipriani (CIPRIANI)
(Kawża T-438/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali CIPRIANI - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti HOTEL CIPRIANI - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)”))
(2018/C 142/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Altunis-Trading, Gestão e Serviços, Lda (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Vanzetti, S. Bergia u G. Sironi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hotel Cipriani Srl (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment P. Cantrill, solicitor, u B. Brandreth, barrister, sussegwentement B. Brandreth, A. Poulter u P. Brownlow, solicitors)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 1889/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hotel Cipriani u Altunis-Trading, Gestão e Serviços.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Altunis-Trading, Gestão e Serviços, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 343, 19.9.2016.
Full & Egal Universal Law Academy