7.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Šroubárna Ždánice vs Il-Kunsill
(Kawża T-442/16) (1)
([“Talba għar-rimbors tad-dazji antidumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina jew ikkunsinjati mill-Malasja - Regolament (KE) Nru 91/2009 u Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 723/2011 - Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali”])
(2018/C 161/52)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Šroubárna Ždánice a.s. (Kyjov, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Osladil, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile u A. Westerhof Löfflerová, aġenti, assistiti minn N. Tuominen, avukat)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u P. Němečková, aġenti)
Suġġett
Talba intiża għar-rimbors tad-dazji antidumping u tal-interessi li r-rikorrenti ħallset lill-awtoritajiet doganali Ċeki b’mod allegatament indebitu wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2009, L 29, p. 1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011 tat-18 ta’ Lulju 2011 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 91/2009 għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm kemm iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU 2011, L 194, p. 6), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012 tal-4 ta’ Ottubru 2012 li jemenda r-Regolament Nru 91/2009 (ĠU 2012, L 275, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud minħabba n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu..
2)
Šroubárna Ždánice a.s. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 392, 24.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy