19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2017– CC vs Il-Parlament
(Kawża T-446/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Żbalji fil-ġestjoni tal-lista tal-kandidati li għaddew - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Produzzjoni ta’ provi ġodda - Dannu materjali - Ugwaljanza fit-trattament - Żnaturament tal-fatti - Telf ta’ opportunità”))
(2017/C 195/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: CC (rappreżentanti: G. Maximini u C. Hölzer, avukati)
Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u E. Despotopoulou, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (imħallef uniku) tal-21 ta’ Lulju 2016, CC vs Il-Parlament (F-9/12 RENV, EU:F:2016:165), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (imħallef uniku) tal-21 ta’ Lulju 2016, CC vs Il-Parlament (F 9/12 RENV) hija annullata, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, l-ewwel nett, ikkalkola t-telf tal-opportunità li s-Sinjura CC tiġi rreklutata bħala uffiċjal bi prova mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea billi eskluda l-perijodu ta’ bejn is-16 ta’ Frar 2006 u l-31 ta’ Awwissu 2007 u, it-tieni nett, ikkalkola t-telf tal-opportunità li s-Sinjura CC tiġi rreklutata bħala uffiċjal bi prova mal-istituzzjonijiet l-oħra u mill-korpi tal-Unjoni Ewropea abbażi ta’ metodu differenti minn dak li huwa uża fir-rigward tal-Kunsill.
2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
3)
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem Awla tal-Qorti Ġenerali li ma hijiex dik li ddeċidiet dan l-appell.
4)
l-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 371, 10.10.2016.