7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2018 – Pirelli Tyre vs EUIPO – Yokohama Rubber (Rappreżentazzjoni ta’ kanal fil-forma ta’ “L”)
(Kawża T-447/16) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta kanal fil-forma ta’ ‘L’ - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma ta’ merkanzija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku - Il-punt (ii) tal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Il-punt (ii) tal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar il-punt (ii) tal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament 2017/1001) - Regolament (UE) 2015/2424 - Applikazzjoni tal-liġi ratione temporis - Forma tal-prodott - Natura tas-sinjal - Teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi utli għall-identifikazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tas-sinjal - Interess ġenerali li huwa l-bażi tal-punt (ii) tal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 40/94”)
(2019/C 4/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pirelli Tyre SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: T. M. Müller u F. Togo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: The Yokohama Rubber Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: F. Boscariol de Roberto, D. Martucci u I. Gatto, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2016 (Każ R 2583/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Yokohama Rubber u Pirelli Tyre.
Dispożittiv
1)
Il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ April 2016 (Każ R 2583/2014-5) huma annullati.
2)
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk esposti minn Pirelli Tyre SpA.
3)
The Yokohama Rubber Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 350, 26.9.2016.
Full & Egal Universal Law Academy