21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2017 – Mr. Kebab vs EUIPO – Mister Kebap (Mr. KEBAB)
(Kawża T-448/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Mr.KEBAB - Trade mark Spanjola figurattiva preċedenti MISTER KEBAP - Raġuni elattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2017/C 277/63)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Partijiet
Rikorrenti: Mr. Kebab s. r. o. (Košice-Západ, is-Slovakkja) (rappreżentant: L. Vojčík, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u R. Cottrellovú, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mister Kebap, SL (Finestrat, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Mejju 2006 (Każ R 987/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mister Kebap u Mr Kebab.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mr. Kebab s. r. o huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 383, 17.10.2016.