6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2017 – Arrigoni vs EUIPO – Arrigoni Battista (Arrigoni Valtaleggio)
(Kawża T-454/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva Arrigoni Valtaleggio - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti ARRIGONI - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 374/49)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Arrigoni SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: P. Di Gravio, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arrigoni Battista SpA (Bergamo, l-Italja) (rappreżentanti: S. Verea, M. Balestriero u K. Muraro, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-19 ta’ Mejju 2016 (Każ R 2922/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Arrigoni u Arrigono Formaggi SpA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Arrigoni SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 364, 3.10.2016.