8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2017 – Fernández González vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-455/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Reklutaġġ ta’ membri tal-persunal temporanju f’pożizzjonijiet permanenti - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Żball ta’ liġi”))
(2017/C 144/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Elia Fernández González (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Casado García Hirschfeld u É. Boigelot, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis Kayser u G. Berscheid, aġenti, assistiti inizjalment minn D. Waelbroeck u A. Duron, sussegwentement minn A. Duron, avukati)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tal-14 ta’ Ġunju 2016, Fernández González vs Il-Kummissjoni (F-121/15, EU:F:2016:128), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tal-14 ta’ Ġunju 2016, Fernández González vs Il-Kummissjoni (F-121/15, EU:F:2016:128), hija annullata.
2)
Il-kawża tintbagħat lura lil Awla tal-Qorti Ġenerali sabiex hija tiddeċiedi dwar dan l-appell.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 383, 17.10.2016.