8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Galletas Gullón vs EUIPO – Hug (GULLON DARVIDA)
(Kawża T-456/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GULLON DARVIDA - Trade mark internazzjonali u trade marks verbali preċedenti DAR VIDA - Produzzjoni ta’ dokumenti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali mogħtija permezz tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Regola 19(1) u Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li saru l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8(1) u (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430] - Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95 - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001] - Probabbiltà ta’ konfużjoni”])
(2018/C 005/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Galletas Gullón, SA (Aguilar de Campoo, Spanja) (rappreżentant: I. Escudero Pérez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hug AG (Malters, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Renck u J. Schmitt, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 773/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hug u Galletas Gullón.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Galletas Gullón, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Hug AG.
(1) ĠU C 383, 17.10.2016.