19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Aldi Einkauf vs EUIPO – Schwamm & Cie. (Le Coq de France)
(Kawża T-457/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Le Coq de France - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti le coq - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001)”])
(2018/C 104/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Schifko u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Schwamm & Cie. mbH (Sarrebruck, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 1786/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Schwamm & Cie u Aldi Einkauf.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Aldi Einkauf FmbH & Co. OHG huma kkundannati għall-ispejjeż
(1) ĠU C 364, 3.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy