8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Acquafarm vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-458/16) (1)
((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Sajd - Programm operazzjonali ffinanzjat mill-Unjoni - Leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprojbixxi l-importazzjoni ta’ krustaċeji li ġejjin mill-Awstralja - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Assenza ta’ azzjoni - Aspettattivi leġittimi”))
(2018/C 005/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Acquafarm, SL (Huelva, Spanja) (rappreżentant: A. Pérez Moreno, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Arenas, I. Galindo Martín u F. Moro, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab wara l-impossibbiltà li jitwettaq proġett ta’ akkwakultura li jirrigwarda l-krustaċji mill-Awstralja u li jirċievi kofinanzjament fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tal-Kunsill tas-27 ta Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (ĠU 2006, L 223, p. 1), minħabba l-projbizzjoni tal-importazzjoni tal-imsemmija krustaċji konformement mad-dispożizzjonijiet tar- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2005 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (ĠU 2008, L 337, p. 41).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Acquafarm, SL għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 419, 14.11.2016.