4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2018 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-459/16) (1)
((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Nuqqasijiet tas-SIĠK - Mergħat permanenti - Riskju għall-fond - Dokument VI/5330/97 - Artikolu 73a(2a) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 - Artikolu 81(3) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 - Artikolu 137 tar-Regolament Nru 73/2009 - Korrezzjonijiet b’rata fissa ta’ 25 % u ta’ 10 %”))
(2019/C 44/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Sampol Pucurull, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Triantafyllou, sussegwentement I. Galindo Martín, N. Ruiz García u A. Sauka, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1059 tal-20 ta’ Ġunju 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 173, p. 59).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1059 tal-20 ta’ Ġunju 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn tikkonċerna l-korrezzjoni finanzjarja imposta fuq ir-Renju ta’ Spanja, inkwantu din timponi
—
korrezzjoni b’rata fissa ta’ 25 % fir-rigward tal-mergħat bis-siġar dehesa għas-snin ta’ talba 2010 sa 2013; u
—
korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % fir-rigward tal-mergħat bl-arbuxxelli ddikjarati minn “min irabbi” għas-snin ta’ talba 2010 sa 2013.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 392, 24.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy