23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/44
tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2018 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-462/16) (1)
([“FAEG - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - L-għajnuna skont l-erja - Spejjeż imwettqa mill-Portugall - Aspettattivi leġittimi - Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 - Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Proporzjonalità”])
(2018/C 142/57)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, J. Saraiva de Almeida u P. Estêvão, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sauka, aġent, assistit minn M. Marques Mendes u A. Dias Henriques, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1059 tal-20 ta’ Ġunju 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 173, p. 59), sa fejn tikkonċerna r-Repubblika Portugiża.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 392, 24.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy