26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2018 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-463/16) (1)
(“FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Għajnuna skont is-superfiċji - Tnaqqis u esklużjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kundizzjonalità - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Regolament (KE) Nru 1122/2009 - Regolament (KE) Nru 885/2006 - Proporzjonalità”)
(2018/C 427/54)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, J. Saraiva de Almeida u P. Estêvão, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sauka, aġent, assistit minn M. Marques Mendes u A. Dias Henriques, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 3753, tal-20 ta’ Ġunju 2016, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 173, p. 59), sa fejn din tirrigwarda r-Repubblika Portugiża.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 392, 24.10.2016
Full & Egal Universal Law Academy