15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – Cotécnica vs EUIPO – Visán Industrias Zootécnicas (cotecnica OPTIMA)
(Kawża T-465/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea cotecnica OPTIMA - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea visán Optima PREMIUM PETFOOD - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 013/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Cotécnica, SCCL (Bellpuig, Spanja) (rappreżentant: J. B. Devaureix, J. Erdozain López u J. Galán López, avocats)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Visán Industrias Zootécnicas, SL (Arganda, Spanja) (rappreżentant: P. Alesci Naranjo, avocat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 229/2016–2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Visán Industrias Zootécnicas u Cotécnica.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Cotécnica, SCCL, hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
3)
Visán Industrias Zootécnicas, SL, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 371, 10.10.2016.