Kawża T-468/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2017 – Verein Deutsche Sprache vs Il-Kummissjoni [“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti marbuta ma’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-tibdil tal-apparenza tas-sala tal-istampa tal-bini Berlaymont konnessa mal-limitazzjoni sabiex jintwerew biss il-lingwa Franċiża u Ingliża — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ineżistenza ta’ dokumenti — Preżunzjoni ta’ legalità — Żball ta’ liġi — Obbligu ta’ motivazzjoni”]
C2002018MT3420120180423MT0043342352
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2017 – Verein Deutsche Sprache vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-468/16) ( 1 )
“[“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti marbuta ma’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-tibdil tal-apparenza tas-sala tal-istampa tal-bini Berlaymont konnessa mal-limitazzjoni sabiex jintwerew biss il-lingwa Franċiża u Ingliża — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ineżistenza ta’ dokumenti — Preżunzjoni ta’ legalità — Żball ta’ liġi — Obbligu ta’ motivazzjoni”]”2018/C 200/43Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Verein Deutsche Sprache eV (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Ehrhardt, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3714 finali, tal-10 ta’ Ġunju 2016, dwar talba għal aċċess, imressqa mir-rikorrenti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), għal ċerti dokumenti marbuta ma’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-tibdil tal-apparenza tas-sala tal-istampa tal-bini Berlaymont konnessa mal-limitazzjoni sabiex jintwerew biss il-lingwa Franċiża u Ingliża.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Verein Deutsche Sprache eV hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 371, 10.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy