21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2017 – X-cen-tek vs EUIPO
(Kawża T-470/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta trijanglu - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 277/64)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: X-cen-tek GmbH & Co. KG (Wardenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Hillers, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 2565/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta trijanglu bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
X-cen-tek GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 383, 17.10.2016.