21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2017 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (AROMASENSATIONS)
(Kawża T-479/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AROMASENSATIONS - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 277/65)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Colgate-Palmolive Co. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Zintler u A. Stolz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u M. Simandlova, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 2482/2015-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv AROMASENSATIONS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Colgate-Palmolive Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 383, 17.10.2016.