21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – Bodson et vs BEI
(Kawża T-506/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol - Remunerazzjoni - Riforma tas-sistema ta’ remunerazzjoni u ta’ progressjoni salarjali - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dmir ta’ premura - Artikolu 11(3) tar-Regoli Intereni tal-BEI”))
(2017/C 277/66)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jean-Pierre Bodson (Lussemburgu, il-Lussemburgug) u l-483 rikorrent ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment C. Gómez de la Cruz, G. Nuvoli u T. Gilliams, sussegwentement T. Gilliams u G. Faedo, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet, inklużi fir-rendikonti tas-salarju ta’ April 2013 u wara, li japplikaw għar-rikorrenti d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tat-18 ta’ Diċembru 2012 u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI tad-29 ta’ Jannar 2013 kif ukoll tal-artikolu ppubblikat online fil-5 ta’ Frar 2013 li informa lill-persunal dwar l-adozzjoni ta’ dawn iż-żewġ deċiżjonijiet u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-BEI sabiex iħallas lir-rikorrenti somma ekwivalenti għad-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjonijiet imħallsa b’applikazzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq u dak tar-remunerazzjonijiet dovuti b’applikazzjoni tas-sistema preċedenti kif ukoll kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu minħabba t-telf ta’ kapaċità ta’ akkwist tagħhom.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Jean-Pierre Bodson u l-membri l-oħra tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li isimhom huwa inkluż fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 207, 20.7.2013 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-45/13 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).