4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2018 – Janoha et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-517/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-1 ta’ Jannar 2014 - Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal - Dispożizzjonijiet ġodda dwar l-għoti ta’ ġranet ta’ leave applikabbli għall-uffiċjali assenjati f’pajjiż terz - Eċċezzjoni ta’ illegalità - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 10 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikoli 7 u 33 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Ugwaljanza fit-trattament - Dritt kweżit - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Użu ħażin ta’ poter”))
(2019/C 44/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Andrea Janoha (Christ Church, Barbados), u l-5 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: O. Mader, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara u A.-C. Simon, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u M. Veiga, sussegwentement M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jnaqqsu n-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali tar-rikorrenti mis-sena 2014.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Andrea Janoha u l-membri tal-persunal bil-kuntratt l-oħra tal-Kummissjoni Ewropea li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandha jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 388, 3.11.2014 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-86/14 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy