4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2018 – Carreras Sequeros et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-518/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali u membri tal-persunal bil-kuntratt - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-1 ta’ Jannar 2014 - Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal - Dispożizzjonijiet ġodda relatati mal-leave annwali applikabbli għall-uffiċjali assenjati f’pajjiż terz - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Skop tal-leave annwali”))
(2019/C 44/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franciż
Partijiet
Rikorrenti: Francisco Carreras Sequeros (Addis Ababa, l-Etjopja) u l-ħames rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness mas-sentenza (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara u A.-C. Simon, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Steele u E. Taneva, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u M. Veiga, sussegwentement M. Bauer u R. Meyer, aġenti),
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jnaqqsu n-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali tar-rikorrenti mis-sena 2014.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjonijiet dwar it-tnaqqis fl-2014 tan-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali ta’ Francisco Carreras Sequeros u tal-uffiċjali jew membri tal-persunal l-oħra tal-Kummissjoni Ewropea li isimhom jidher fl-anness huma annullati.
2)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn F. Carreras Sequeros u mill-uffiċjali jew il-membri tal-persunal l-oħra tal-Kummissjoni li isimhom jidher fl-anness.
3)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 7 tat-12.1.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-88/14 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy