11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – FZ et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-540/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 - Tipi ta’ pożizzjonijiet - Regoli tranżitorji dwar il-klassifikazzjoni fit-tipi ta’ pożizzjonijiet - Artikolu 30 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Amministraturi fi tranżizzjoni (AD 13) - Amministraturi (AD 12) - Promozzjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal awtorizzata biss fil-perkors tal-karriera li tikkorrispondi mat-tip ta’ impjieg okkupat - Aċċess għat-tip ta’ impjieg ta’ ‘kap ta’ diviżjoni jew ekwivalenti’ jew ta’ ‘konsulent jew ekwivalenti’ esklużivament skont l-proċedura tal-Artikolu 4 u tal-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju - Att konfermattiv - Lis alibi pendens - Osservanza tar-rekwiżiti relatati mal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà”))
(2019/C 93/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: FZ, u t-8 rikorrenti oħra li isimhom jinsab fl-anness għas-sentenza (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara u C. Berardis-Kayser u, finalment, G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment N. Chemaï u M. Dean, sussegwentement L. Deneys, J. Steele u J. Van Pottelberge, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u M. Veiga, sussegwentement M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li permezz tagħhom l-Awtorità tal-Ħatra ta’ din l-istituzzjoni kklassifikat lir-rikorrenti fit-tipi ta’ impjieg “Amministratur fi tranżizzjoni” jew “Amministratur”, bil-konsegwenza li, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, tilfu l-eliġibbiltà tagħhom għall-promozzjoni għall-grad superjuri.
Dispożittiv
1)
Fir-rigward ta’ FZ u t-tmien uffiċjali l-oħrajn tal-Kummissjoni Ewropea, minbarra GL, u li isimhom jinsab fl-anness, ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Fir-rigward ta’ GL, ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli u, fi kwalunkwe każ, bħala infondat.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż sostnuti mill-uffiċjali li isimhom jinsab fl-anness.
4)
FZ u l-uffiċjali l-oħrajn li isimhom jinsabu fl-anness għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom stess.
5)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 96, 23.3.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-18/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy