4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Carpenito et vs Il-Kunsill
(Kawżi magħquda T-543/16 u T-544/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Aġġustament annwali tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet ta’ uffiċjali u membri tal-persunal oħra - Regolamenti (UE) Nru 422/2014 u 423/2014 - Aġġustamenti tas – salarji u tal – pensjonijiet għas – snin 2011 u 2012 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Aspettativi leġittimi - Regoli dwar id-djalogu soċjali”))
(2019/C 82/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent fil-Kawża T-543/16: Renzo Carpenito (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Rikorrenti fil-Kawża T-544/16: Maria Kannellopoulou (Cranves-Sales, Franza), José Carlos Lechado García (Brussell, il-Belġju), Bernd Loescher (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju), Evelina Milenova (Brussell) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Bauer u M. Veiga, sussegwentement M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u E. Taneva, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jiġi applikat għas-salarji u għall-pensjonijiet tar-rikorrenti l-aġġustament ta’ 0 % għas-sena 2011 previst fir-Regolament (UE) Nru 422/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU 2014, L 129, p. 5), u l-aġġustament ta’ 0,8 % għas-sena 2012, previst fir-Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU 2014, L 129, p. 12), u min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu minħabba dawn id-deċiżjonijiet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 146 tal-4.5.2015 (kawża rregistratata inizjalment quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-31/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy