26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Tataram vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-546/16) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Adattament tar-remunerazzjonijiet - Regolament (UE) Nru 423/2014 - Rendikont tar-remunerazzjoni - Terminu ta’ rikors - Esklużjoni - Inammissibbiltà”)
(2018/C 427/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Marina Tataram (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment A. Salerno, sussegwentement F. Moyse, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Ecker, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u M. Veiga, sussegwentement M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li tiffissa r-remunerazzjoni tar-rikorrenti għal Mejju 2014, kif ikkonkretizzat ruħha fir-rendikont tar-remunerazzjoni għax-xahar imsemmi li ntbagħtilha fil-15 ta’ Mejju 2014 u li huwa l-ewwel rendikont li japplika r-Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU 2014, L 129, p. 12).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Marina Tataram hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 178, 01.06.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-42/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-01.09.2016).
Full & Egal Universal Law Academy