11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Lucaccioni vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-551/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Espożizzjoni għall-asbestos u għal sustanzi oħra - Marda kkaġunata mix-xogħol - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol - Artikolu 14 - Artikolu 266 TFUE - Użu ħażin ta’ poter - Kumitat Mediku - Prinċipju ta’ kolleġjalità - Ksur tal-mandat tal-Kumitat Mediku - Obbligu ta’ motivazzjoni - Rikors għad-danni - Tul tal-proċedura - Danni morali”))
(2017/C 424/46)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Arnaldo Lucaccioni (San Benedetto del Tronto, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalemnt minn M. Velardo, sussegwentement minn L. Gialluca, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: T. Bohr u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni li tingħata biss żieda tal-kumpens ta’ 20 % skont l-Artikolu 14 tar-regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, insegwitu għat-talba tar-rikorrent tas-7 ta’ Ġunju 2000, u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni morali allegatament subiti mir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-26 ta’ Ġunju 2014, li tagħti lil Arnaldo Lucaccioni żieda tal-kumpens ta’ 20 % skont l-Artikolu 14 tar-regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas lil A. Lucaccioni kumpens ta’ EUR 5 000 għad-danni moral subiti.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 279, 24.8.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-74/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).