8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2017 – Teeäär vs BĊE
(Kawża T-555/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Għajnuna għat-tranżizzjoni professjonali - Inkompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju - Regoli ta’ amministrazzjoni tajba fil-qasam ta’ ġestjoni tal-persunal - Dannu materjali u dannu morali”))
(2018/C 005/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Raivo Teeäär (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Levi u M. Vandenbussche, sussegwentement minn L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. Malfrère u K. Kaiser, aġenti, assistiti minn de B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE tat-18 ta’ Awwissu 2014 li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jibbenefika mill-għajnuna għat-tranżizzjoni professjonali u, min-naħa l-oħra, li jikseb kumpens għad-dannu materjali u għad-dannu morali li r-rikorrent allegatament kien issubixxa.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tat-18 ta’ Awwissu 2014, li tiċħad it-talba ta’ Raivo Teeäär intiża sabiex jibbenefika mill-għajnuna għat-tranżizzjoni professjonali stabbilita minn din l-istituzzjoni, hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-BĊE huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 279, 24.8.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-86/15 u ttrasferita fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-1.9.2016).