15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2017 – von Blumenthal et vs BEI
(Kawża T-558/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Riforma tas-sistema ta’ remunerazzjoni u ta’ progressjoni salarjali - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Ugwaljanza fit-trattament - Responsabbiltà”))
(2018/C 013/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Henry von Blumenthal (Bergem, il-Lussemburgu), Marc D’Hooge (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu), Giulia Gaspari (il-Lussemburgu), Patrick Vanhoudt (Gonderange, il-Lussemburgu) u Dalila Bundy (Cosnes-et-Romain, Franza) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment C. Gómez de la Cruz, G. Nuvoli u T. Gilliams, sussegwentement T. Gilliams u G. Faedo, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet, inklużi fir-rendikonti tas-salarju ta’ April 2015 u dawk sussegwenti, li japplikaw għar-rikorrenti d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tas-16 ta’ Diċembru 2014 u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-4 ta’ Frar 2015, kif ukoll tar-rendikonti dwar l-ippremjar tal-prestazzjoni stabbiliti f’April 2015 favur ir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, sabiex il-BEI jiġi kkundannat iħallas lir-rikorrenti, l-ewwel nett, somma li tikkorrespondi għad-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjonijiet imħallsa skont id-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq u dak tar-remunerazzjonijiet dovuti skont l-impennji tal-BEI u, it-tieni nett, danni materjali minħabba t-telf tal-kapaċità ta’ akkwist tagħhom u danni morali li r-rikorrenti allegatament ġarrbu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Henry von Blumenthal, Marc D’Hooge, Giulia Gaspari, Patrick Vanhoudt u Dalila Bundy huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 414, 14.12.2015 (kawża inizzjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-99/15) u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-01.09.2016).