4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2018 – Schneider vs EUIPO
(Kawża T-560/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Riorganizzazzjoni interna tad-dipartimenti tal-EUIPO - Riallokazzjoni - Bażi legali - Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal - Interess tas-servizz - Bidla sostanzjali fl-inkarigi - Ekwivalenza tal-impjiegi - Sanzjoni moħbija - Abbuż ta’ poter - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2019/C 44/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Gregor Schneider (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, aġent, assistita minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba skont l-Artikolu270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO tat-2 ta’ Ottubru 2014 li r-rikorrent jiġi ttrasferit mid-dipartiment “Kooperazzjoni internazzjonali u affarijiet legali” lejn id-dipartiment “Operazzjonijiet” ta’ dan il-korp.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Gregor Schneider huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk esposti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 328, 05.10.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-116/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl01.09.2016).
Full & Egal Universal Law Academy