Kawża T-566/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Joseffson vs Il-Parlament (“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien indeterminat — Tkeċċija — Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għal smigħ — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Dmir ta’ premura”)
C2402018MT3510120180517MT0036351351
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Joseffson vs Il-Parlament
(Kawża T-566/16) ( 1 )
“(“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien indeterminat — Tkeċċija — Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għal smigħ — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Dmir ta’ premura”)”2018/C 240/36Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Erik Josefsson (Malmö, l-Isvezja) (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme u M. Forgeois, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Dean u L. Deneys, sussegwentement M. Dean u Í. Ní Riagáin Düro, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ tal-Parlament tad-19 ta’ Diċembru 2014 li tirrigwarda x-xoljiment tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, sabiex tikseb kumpens għad-dannu morali li r-rikorrent allegatament ġarrab.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 li tirrigwarda x-xoljiment tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ta’ Erik Josefsson hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 27, 25.1.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-138/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.09.2016).
Full & Egal Universal Law Academy