Kawżi magħquda T-568/16 u T-599/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2018 – Spagnolli et vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Mewt ta’ konjuġi uffiċjal — Aventi kawża tal-uffiċjal defunt — Pensjoni tas-superstiti — Pensjoni tal-orfni — Tibdil tal-post tal-uffiċjal, konjuġi superstitu — Adattament tas-salarju — Metodu tal-kalkolu tal-pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni — Artikolu 81a tar-Regolamenti tal-Persunal — Avviż ta’ tibdil tad-drittijiet tal-pensjoni — Att li jikkawża preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal — Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament — Kundizzjonijiet — Talba għad-danni materjali u morali”)
C2592018MT3010120180614MT0041301301
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2018 – Spagnolli et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-568/16 u T-599/16) ( 1 )
“(“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Mewt ta’ konjuġi uffiċjal — Aventi kawża tal-uffiċjal defunt — Pensjoni tas-superstiti — Pensjoni tal-orfni — Tibdil tal-post tal-uffiċjal, konjuġi superstitu — Adattament tas-salarju — Metodu tal-kalkolu tal-pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni — Artikolu 81a tar-Regolamenti tal-Persunal — Avviż ta’ tibdil tad-drittijiet tal-pensjoni — Att li jikkawża preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal — Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament — Kundizzjonijiet — Talba għad-danni materjali u morali”)”2018/C 259/41Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Alberto Spagnolli (Parma, l-Italja), Francesco Spagnolli (Parma), Maria Alice Spagnolli (Parma) u Bianca Maria Elena Spagnolli (Parma) (rappreżentanti: C. Cortese u B. Cortese, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE intiża, inkwantu l-Kawża T-568/16, għall-annullament tal-avviż ta’ tibdil Nru 3 PMO/04/LM/2015/ARES tal-Uffiċċju “Ġestjoni u likwidazzjoni ta’ drittijiet individwali” (PMO) tal-Kummissjoni, tas-6 ta’ Frar 2015, li jinkludi l-indikazzjoni ta’ ammonti ġodda tal-pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni mogħtija lir-rikorrenti, u, inkwantu l-Kawża T-599/16, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni PMO/04/LM/2015/ARES/3406787 tal-PMO, tas-17 ta’ Awwissu 2015, dwar l-irkupru tal-ammonti mħallas indebitament lir-rikorrenti bħala pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni u, min-naħa l-oħra, għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti
Dispożittiv
1)
Fil-Kawża T-568/16, ir-rikors huwa miċħud.
2)
Fil-Kawża T-599/16, id-Deċiżjoni PMO/04/LM/2015/ARES/3406787 tal-Uffiċċju “Ġestjoni u likwidazzjoni ta’ drittijiet individwali” (PMO) tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Awwissu 2015 dwar l-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament lir-rikorrenti bħala pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni hija annullata u l-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha sostnuti f’kull waħda mill-kawżi.
( 1 ) ĠU C 111, 29.3.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-140/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy