6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2017 – HF vs Il-Parlament
(Kawża T-570/16) (1)
((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku - Article 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Terminu ta’ erba’ xhur għal risposta stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal - Deċiżjoni tal-ASTK li tiftaħ investigazzjoni amministrattiva - Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni mill-ASTK, fit-terminu għal risposta stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal, dwar ir-realtà tal-fastidju psikoloġiku allegat - Kunċett ta’ deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza - Att ineżistenti - Inammissibbiltà))
(2017/C 178/16)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: HF (rappreżentant: A. Tymen, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Ecker, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ tal-Parlament, allegatament meħuda fil-11 ta’ April 2015, li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti fil-11 ta’ Diċembru 2014 u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati nofs l-ispejjeż sostnuti minn HF.
3)
HF għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu stess.
(1) ĠU C 27, 25.1.2016 (kawża rreġistrata inizjalment quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-142/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Settembru 2016).