2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2019 — PT vs BEI
(Kawża T-573/16) (1)
(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Organizzazzjoni tad-dipartimenti - Eżenzjoni mis-servizz - Aċċess għas-sistema ta’ posta elettronika u għall konnessjonijiet informatiċi - Proċedura prekontenzjuża - Ammissibbiltà - Ċertezza legali - Dritt għal smigħ - Preżunzjoni tal-innoċenza - Rapport finali tal OLAF - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà - Dannu materjali - Dannu morali)
(2019/C 295/21)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrent: PT (rappreżentant: E. Nordh, avukat)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investimenti (rappreżentanti: inizjalment G. Nuvoli, E. Raimond, T. Gilliams u G. Faedo, sussegwentement G. Faedo u M. Loizou, aġenti, assistiti minn M. Johansson, B. Wägenbaur, avukati u J. Currall, barrister)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-BEI tat-13 ta’ April, 12 ta’ Mejju, 16 ta’ Ġunju u 20 ta’ Ottubru 2015, 6 ta’ Ġunju 2016 u 7 ta’ Frar 2017 dwar l eżenzjoni mis-servizz tar-rikorrent, tad-deċiżjoni tal-BEI tat-18 ta’ Ġunju 2015 li jimblokka l-aċċess tar-rikorrent għas-sistema ta’ posta elettronika tiegħu u għall-konnessjonijiet informatiċi tal-BEI, u tad-deċiżjonijiet tal-BEI li ma jikkomunikax lilu d-dikjarazzjonijiet tar-remunerazzjoni tiegħu u li jneħħi ismu mill organigramma ppubblikata fuq l-intranet tal-BEI u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li allegatament sostna r-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tat-13 ta’ April, 12 ta’ Mejju, 16 ta’ Ġunju u 20 ta’ Ottubru 2015, tas-6 ta’ Ġunju 2016 u 7 ta’ Frar 2017 li jipprevedu l-eżenzjoni mis-servizz ta’ PT kif ukoll id-deċiżjoni tal-BEI tat-18 ta’ Ġunju 2015 li timblokka l-aċċess tar rikorrent għas-sistema tal-posta elettronika tiegħu u għall-konnessjonijiet informatiċi tal-BEI huma annullati.
2)
Il-BEI huwa kkundannat iħallas lil PT, bħala dannu morali sostnut, ammont ta’ EUR 25 000 flimkien ma’ interessi moratorji mid-data tal għoti ta’ din is-sentenza bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, miżjuda bi 3.5 punti.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Il-BEI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 383, 17.10.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-150/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy