5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Martinez De Prins et vs SEAE
(Kawża T-575/16) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Aġenti - Remunerazzjoni - Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz - Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal - Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja - Deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja fil-Gana minn 25 għal 20 % - Eċċezzjoni ta’ illegalità))
(2018/C 042/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: David Martinez De Prins (Accra, il-Ghana) u d-9 rikorrenti oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-Anness għas-sentenza (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt, aġent, assistit minn M. Troncoso Ferrer, F.-M. Hislaire u S. Moya Izquierdo, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tar-rendikonti tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti tax-xahar ta’ Marzu 2015 kif ukoll tar-rendikonti tar-remunerazzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn dawn ir-rendikonti japplikaw id-Deċiżjoni tas-SEAE, tat-23 ta’ Frar 2015, dwar it-tnaqqis, mill-1 ta’ Jannar 2015, tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja mħallsa lill-persunal tal-Unjoni Ewropea assenjat fil-Gana.
Dispożittiv
1)
Ir-rendikonti tar-remunerazzjoni ta’ David Martinez De Prins u uffiċjali u aġenti oħra tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-Anness stabbiliti mis-SEAE għax-xahar ta’ Marzu 2015 huma annullati sa fejn dawn ir-rendikonti japplikaw id-Deċiżjoni tas-SEAE, tat-23 ta’ Frar 2015, dwar it-tnaqqis, mill-1 ta’ Jannar 2015, tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja imħallsa lill-persunal tal-Unjoni Ewropea assenjat fil-Gana.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Is-SEAE huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 111 tad-29.3.2016 (kawża inizzjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-153/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).