19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2017 – Azoulay et vs Il-Parlament
(Kawża T-580/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Membri tal-persunal temporanju - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Rifjut ta’ rimbors tal-ispejjeż skolastiċi - Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”))
(2017/C 195/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Irit Azoulay (Brussell, il-Belġju), Andrew Boreham (Wansin Hannut, il-Belġju), Mirja Bouchard (Villers-la-Ville, il-Belġju) u Darren Neville (Ohain, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u L. Deneys, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet individwali tal-Parlament tal-24 ta’ April 2015 li jiċħdu l-għoti tal-allowances tal-edukazzjoni għas-sena 2014/2015 u, jekk dan jitqies meħtieġ, għall-annullament tad-deċiżjonijiet individwali tal-Parlament tas-17 u 19 ta’ Novembru 2015 li jiċħdu parzjalment l-ilmenti tar-rikorrenti tal-20 ta’ Lulju 2015.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Irit Azoulay, Andrew Boreham, Mirja Bouchard u Darren Neville huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 145, 25.4.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-9/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).