10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2017 – PG vs Frontex
(Kawża T-583/16)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Proċedura ta’ tiġdid - Artikolu 266 TFUE - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2017/C 221/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: PG (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) (rappreżentanti: H. Caniard u S. Drew, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-awtorità responsabbli għall-konklużjoni tal-kuntratti ta’ impjieg ta’ Frontex, tad-9 ta’ Ġunju 2015, li ma ġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament sostna.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
PG huwa kkunannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy