6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2017 – HF vs Il-Parlament
(Kawża T-584/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt - Artikolu 3b tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Sensiela ta’ reklutaġġi bħala membru tal-persunal - Kuntratti għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - Użu ħażin ta’ poter - Talba għal assistenza - Dritt għal smigħ - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2017/C 178/17)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: HF (rappreżentant: A. Tymen, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Deneys u S. Alves, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet, essenzjalment, b’riżultat ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
HF hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 165, 10.5.2016 (kawża rreġistrata inizjalment quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-14/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Settembru 2016).