8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017 – Vincenti vs EUIPO
(Kawża T-586/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2015 - Assenza ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni minħabba leave tal-mard - Dispożizzjonijiet ġenerali għall-implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal))
(2018/C 005/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Guillaume Vincenti (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Tóth u A. Lukošiūtė, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2015 li permezz tagħha huwa ma tax promozzjoni lir-rikorrent għall-grad ogħla (AST 8), permezz tal-proċedura ta’ promozzjoni 2015, billi ma inkludiex ismu fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-proċedura ta’ promozzjoni 2015.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2015 li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi fil-proċedura ta’ promozzjoni 2015 hija annullata sa fejn Guillaume Vincenti ma tteħidx inkunsiderazzjoni għall-proċedura ta’ promozzjoni 2015.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-Numru F-16/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).