28.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 35/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2018 – HM vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-587/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni fl-eżamijiet ta’ evalwazzjoni - Talba għal eżami mill-ġdid - Rifjut li tittrażmetti din it-talba lill-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali għal raġuni ta’ tardività - Tqassim tal-kompetenzi bejn l-EPSO u l-Bord tal-Għażla”))
(2019/C 35/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: HM (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) tas-17 ta’ Awwissu 2015 li ma tiħux inkunsiderazzjoni t-talba għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrenti ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15-3 u, min-naħa l-oħra, tad-“deċiżjoni impliċita” tal-Bord tal-Għażla li ma tintlaqax din it-talba.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) tas-17 ta’ Awwissu 2015 li ma tiħux inkunsiderazzjoni t-talba għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li HM ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15-3 hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-17/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy