5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – HQ vs CPVO
(Kawża T-592/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dmir ta’ premura - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dritt għal smiegħ - Fastidju psikoloġiku - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà”))
(2018/C 042/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: HQ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentanti: A. Verdini, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u minn A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tas-CPVO, tal-24 ta’ Ġunju 2015, li l-kuntratt tar-rikorrenti ma jiġix imġedded, u tal-20 ta’ Jannar 2016, li tiċħad l-ilment u, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofriet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
HQ hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 251, 11.7.2016 (inizjalment il-kawża ġiet irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-Numru F-22/16 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).