11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Paraskevaidis vs Cedefop
(Kawża T-601/16) (1)
((“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Cedefop - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2015 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 12 - Artikoli 44 u 45 tar-Regolamenti tal-Personal - Paragun tal-merti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ċaħda impliċita tal-ilment - Responsabbiltà”))
(2017/C 424/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Georges Paraskevaidis (Auderghem, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Cedefop) (rappreżentanti: M. Fuchs, aġent, assistit minn A. Duron, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur taċ-Cedefop tal-4 ta’ Novembru 2015 li ma jiġix promoss ir-rikorrent għal grad AD 12 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2015 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li allegatament ġarrab ir-rikorrent minħabba din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tad-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Cedefop) tal-4 ta’ Novembru 2015 li ma jiġix promoss Georges Paraskevaidis għal grad AD 12 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2015 hija annullata.
2)
Iċ-Cedefop huwa kkundannat iħallas lil Georges Paraskevaidis is-somma ta’ EUR 2 000 bħala kumpens għad-dannu li huwa ġarrab.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Iċ-Cedefop huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 296, 16.8.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-31/06 u ttrasferita quddiem il-Qorti tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016)