5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – CJ vs ECDC
(Kawża T-602/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2012 - Redazzjoni - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tagħlaq ir-rapport ta’ evalwazzjoni”))
(2018/C 042/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: CJ (rappreżentant: V. Kolias, avukat)
Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentanti: J. Mannheim u A. Daume, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-evalwatur tal-appell tal-ECDC tal-21 ta’ Settembru 2015 li tirrendi definittiv ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2011 u, sa fejn ikun neċessarju, tad-deċiżjoni tal-ECDC tal-20 ta’ April 2016 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent kontra din id-deċiżjoni tal-evalwatur tal-appell.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
CJ huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 296, 16.8.2016 (kawża rreġistrata inizjalment quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-32/16 u mibgħuta quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-1.9.2016).