28.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 35/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Brahma vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Kawża T-603/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali bi prova - Perijodu ta’ prova - Estensjoni tat-tul tal-perijodu ta’ prova - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal - Użu ħażin ta’ poter - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 25(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Dritt għal smigħ - Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Responsabbiltà - Rekwiżiti formali - Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment - Ammissibbiltà - Dannu materjali - Dannu morali - Rabta kawżali”))
(2019/C 35/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Zoher Brahma (Thionville, Franza) (rappreżentant: A. Tymen, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Inghelram u L. Tonini Alabiso, sussegwentement J. Inghelram u Á. Almendros Manzano, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2015 li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li ma tikkonfermax lir-rikorrent bħala uffiċjal u li tkeċċih b’effett mill-31 ta’ Lulju 2015 u d-deċiżjoni tas-16 ta’ Marzu 2016 tal-Kumitat tal-Ilmenti li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2015 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrent allegatament sostna wara dawn id-deċiżjonijiet.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Reġistrataur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, tas-17 ta’ Lulju 2015, ta’ tkeċċija ta’ Zoher Brahma fi tmiem il-perijodu ta’ prova, b’effett mill-31 ta’ Lulju 2015, hija annullata.
2)
Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ilmenti tas-16 ta’ Marzu 2016 li tiċħad l-ilment kontra d-deċiżjoni tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, tas-17 ta’ Lulju 2015, ta’ tkeċċija ta’ Z. Brahma fi tmiem il-perijodu ta’ prova tiegħu, b’effett mill-31 ta’ Lulju 2015, hija annullata.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 296, 16.8.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-Numru F-33/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy