5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – HD vs Il-Parlament
(Kawża T-604/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tad-dar - Allowance tal-edukazzjoni - Allowance tat-tfal dipendenti - Kundizzjonijiet għall-għoti - Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura rċevuta minn sorsi oħra - Irkupru tal-ammont indebitu - Deċiżjonijiet li jtemmu d-drittijiet għal ċerti allowances - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))
(2018/C 399/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: HD (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u L. Deneys, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjonijiet tal-Parlament tal-21 ta’ Settembru, tal-5 ta’ Ottubru, tas-27 ta’ Novembru u tal-15 ta’ Diċembru 2015 li jirkupraw ammonti mħallsa indebitament lir-rikorrenti bħala allowance tal-edukazzjoni, t-tieni nett, id-deċiżjonijiet tal-Parlament tal-5, 13, 23 ta’ Ottubru, tal-5, 11 u 12 ta’ Novembru 2015 li jirkupraw ammonti li mħallsa lilha indebitament fir-rigward tal-allowance għall-edukazzjoni u l-allowance għat-tfal dipendenti u li jċaħħduha mid-dritt tagħha għall-allowance tad-dar u, t-tielet nett, “sa fejn hemm bżonn”, id-deċiżjoni tal-21 ta’ April 2016 li ċaħdet l-ilment tagħha.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
HD hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 326, 5.9.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-34/16 u ġiet ttrasferita għall-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, 1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy