3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – OY vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-605/16)
((“Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Artikolu 3b tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Impenji - Klassifikazzjoni fi grad - Teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 79(2) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg”))
(2018/C 436/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: OY (rappreżentanti: N. Flandin u S. Rodrigues, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, C. Berardis-Kayser u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2015 li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għall-eżami mill-ġdid tal-klassifikazzjoni fi grad tiegħu fil-grupp tal-funzjoni IV, Grad 15, Skala 1, u, min-naħa l-oħra, sa fejn neċessarju, l-annullament tad-deċiżjoni tal-AHCC tad-29 ta’ Marzu 2016 li tiċħad l-ilment mill-persuna kkonċernata.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
OY huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy