17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Pereira vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-606/16) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Nuqqas ta’ promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2015 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Paragun tal-merti - Anzjanità fil-grad - Merti akkumulati - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni))
(2018/C 328/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Felismino Pereira (Wavre, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn N. de Montigny u J.-N. Louis, sussegwentement minn N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, sussegwentement minn G. Berscheid u L. Radu Bouyon, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss matul il-proċedura ta’ promozzjoni 2015 u, sa fejn ikun neċessarju, tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tiegħu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Felismino Pereira huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 335, 12.9.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-36/16 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.09.2016).
Full & Egal Universal Law Academy