28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2017 – OZ vs BEI
(Kawża T-607/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Fastidju sesswali - Proċedura ta’ investoigazzjoni - Rapport tal-kumitat ta’ investogazzjoni - Deċiżjoni tal-president tal-BEI li ma jintlaqax l-ilment - Assenza ta’ aġir illegali tal-BEI - Responsabbilt”))
(2017/C 283/69)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: OZ (rappreżentant: B. Maréchal, avukat)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: T. Gilliams, E. Raimond u G. Faedo, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba skont l-Artikolu 270 TFUE u intiża, min-naħa, għall-annullament tar-rapport tal-kumitat ta’ investigazzjoni tal-BEI tal-14 ta’ Settembru 2015 u tad-deċiżjoni tal- president tal-BEI tas-16 ta’ Ottubru 2015 li ma għandux jintlaqa’ l-ilment dwar fastidju sesswali mressaq mir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba dan ir-rapport u din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
OZ hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 335, 19.12.2016 (kawża inizjlament irreġistrata quddiem it-Trubunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Eropea bin-numru F-37/16 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).